Il-winger ta’ Juventus, Juan Cuadrado, tkellem ma’ ġurnal Taljan dwar il-15-il punt li reġgħu ngħataw lil Bianconeri mill-qorti sportiva Taljana. Hu qal li ħadd m’għandu l-jedd li jieħu l-punti li l-plejers kisbu fil-grawnd bl-għaraq ta’ ġbinhom.
Cuadrado qal li kien hemm diġa’ arja pożittiva matul din il-ġimgħa li fiha huma kkwalifikaw għas-semifinali tal-UEFA Europa League.
Cuadrado ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2015 u lagħab 217-il logħba filwaqt li skorja 20 gowl.