Hekk kif kollox kien jidher li l-player ta’ nofs il-ground Spanjol Juan Mata kien se jingħaqad ma’ xi club li jilgħab fil-Major League Soccer (MLS) Amerikana, il-plejer ta’ 34 sena reġa’ bdielu u jippreferi jingħaqad ma’ xi club ieħor aktar milli jilgħab fil-kontinent Amerikan.
L-ex player ta’ Manchester United u Chelsea qed jitkellem mar-rappreżentant tiegħu sabiex isibu t-triq ‘il quddiem u jitfaċċa club li lest jolqot xewqat il-player.
Mata lagħab 41 partita mat-team nazzjonali Spanjol u skorja 10 goals.