Juan Mata jista’ jiġi offrut rwol ta’ coach minn Manchester United jekk l-attakkant ta’ esperjenza jiddeċiedi li jirtira mill-football professjonali dan is-sajf.
Il-kuntratt tal-player 33 sena f’Old Trafford għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u mhux probabbli li jiffirma estensjoni mal-club, peress li f’dan l-istaġun għamel biss erba’ dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Mata ma lagħbx minuta fil-Premier League fl-istaġun 2021-22, bl-aħħar dehra tiegħu għall-club tasal kontra Middlesbrough fl-FA Cup fl-4 ta’ Frar.
Numru ta’ clubs tal-La Liga huma maħsuba li huma interessati li jiffirmaw lill-playmaker bi free transfer qabel l-istaġun 2022-23.
Madankollu, jekk Mata jiddeċiedi li jdendel iż-żarbun dan is-sajf allura jista’ jiġi offrut iċ-ċans li jibqa’ ma’ Man United bħala coach.
Huwa mifhum li l-Ispanjol diġà beda jieħu l-badges tal-coaching tiegħu, u hemm twemmin li potenzjalment jista’ jsegwi triq simili bħal dik li ħa Mikel Arteta u jidħol fil-coaching.
Mata skorja 51 goal u rreġistra 47 assist f’277 dehra għal Manchester United mindu ngħaqad magħhom mingħand Chelsea f’Jannar tal-2014.