Sunday, October 19, 2025

Jubilee Cup: L-ebda sorpriża

Aqra wkoll

Meta ntlagħbu seba’ partiti oħra mir-round tal-Aħħar 32 tal-Jubilee Cup, ma ġiet reġistrata l-ebda sorpriża hekk kif it-timijiet tal-Premier League kollha għaddew għar-round li jmiss.

Sliema W. v St Andrew’s – It-team tal-Premier League, Sliema Wanderers, kellu jitħabat biex għeleb lil dak taċ-Challenge League, St  Andrew’s hekk kif għelbu­hom 3-1 bl-għoti tal-penalties wara li spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Kienu St Andrew’s li fet­ħu l-iskor minn Jeff Jadyn Sowah (39) iżda l-Wanderers kisbu d-draw permezz tal-Amerikan Mamadu Bah Sulahmana (70).

Bil-partita tintemm f’pari­tá, kellhom jingħataw il-pe­nalties li minnhom ittrijonfaw il-Wanderers.

Għalihom skorjaw, Jose Fernando Gomes Junior, Steve Pisani u Edmond Agius filwaqt li Sowag kien l-uniku skorer għal St Andrew’s.

Fl-Aħħar 16, issa s-Slimiżi għandhom konfront diffiċli meta jaffrontaw lil Birkirkara.   

Referee: Daniel Portelli

Tarxien R. v Kercem A. – It-team tal-Premier League, Tarxien Raibows, għeleb lil dak tal-Ewwel Diviżjoni ta’ Għawdex, Kercem Ajax, bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Ir-Rainbows fetħu l-iskor fit-32 minuta minn Octavio Alexandre De Barros li kkon­kluda mill-viċin.

Issa huma jilagħbu kontra Gzira United li għelbu lil Fgura United bl-iskor ta’ 2-1.

Referee: Ezekiel Portelli

Marsaxlokk v Balzan – Bħal Sliema Wanderers, Mar­­­­saxlokk mill-Premier Lea­­gue, avvanzaw għar-round li jmiss meta għelbu lit-team taċ-Challenge League, Bal­zan, 7-6 bl-għoti tal-pe­nalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Jorge Ailton Soares (90) li salva r-riżultat għax- Xlukkajri wara li Stephen Gabriel Chiemezie (64) fetaħ l-iskor għal Balzan.

Fl-għoti tal-penalties, għal Marsaxlokk skorjaw, Nevin Portelli, Nikolai Muscat, Jorge Ailton Soares, Ayom Majok Ayom, James Vella, Enrico Pepe u Nino Sanchez filwaqt li għal Balzan skorjaw Oluwatobiloba Awosanya, Luis Silva, Jake Grech, Gianluca Cacciatore, Zachary Grech u Alexander Cini.

Issa Marsaxlokk jilagħbu kontra Hibernians.

  Referee: Slobodan Petrovic

Mosta v Qala S. – It-team tal-Premier League, Mosta, ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 meta għelbu lil dak tal-Ewwel Diviżjoni Għawdxija, Qala Saints, bl-iskor ta’ 2-0.

Il-goals tal-Mostin waslu fl-ewwel taqsima miż-żewġ Brażiljani, Joao Victor Da Silva Dias (8) u Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva (42).

Il-partita li jmiss hija dik kontra Zurrieq li jilagħbu fiċ-Challenge League.

 Referee: Ishmael Barbara

Valletta v Melita – Valletta kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team taċ-Challenge Lea­gue, Melita,  bl-iskor ta’ 1-0 li lagħbu l-aħħar nofs siegħa bi player inqas.

Dan wara li, fis-60 minuta, Jesus Andres Yepez Morlets tkeċċa għal żewġ karti sofor.

B’superjoritá numerika, it-team tal-Premier League  żied il-pressjoni biex  fetaħ l-iskor permezz ta Yannick Yankam, fit-72 minuta.

Fir-round li jmiss, il-Beltin jiffaċċjaw lil  Mgarr United.

Referee: Joseph Scerri

Gzira U. v Fgura U. – Gzira United ma kellhom il-ħajja faċli meta għelbu lit-team taċ-Challenge League bl-iskor strett ta’ 2-1.

Il-goals tagħhom waslu minn Andre Carlos Penha Da Costa (34) u Brooklyn Borg (51) filwaqt li s-sostitut Caleb Akande Timilehin naqqas il-marġni tal-iskor għat-telliefa.

Referee: Matthew Degab­riele

Zabbar SP v Pietá H. – Zabbar St Patrick għelbu lit-team taċ-Challenge League Pietá Hotspurs bl-iskor mi­nimu ta’ 1-0.

Kif jindika r-riżultat, it-team tal-Premier League kellu jitħabat biex qata’ l-passaġġ għar-round li jmiss bil-goal jasal minn Pedro Santiago Cejas (27).

Issa, fir-round tal-Aħħar 16, iż-Żabbarin se jiltaqgħu kontra Naxxar Lions.

Referee: Vladimir Rizoski

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport