MARSAXLOKK………2
HIBERNIANS……… 2
(Marsaxlokk 4-2 bil-pens)
Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda ltaqgħu fl-aħħar partita tal-Opening Round tal-Malta Premier League li fiha temmew fi draw ta’ 2-2, Marsaxlokk u Hibernians reġgħu ffaċċjaw lil xulxin, din id-darba fl-Aħħar 16 tal-Jubilee Cup.
Iżda kienu Marsaxlokk li kkwalifikaw għall-kwarti-finali hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2 bil- penalties wara li spiċċaw fi draw ieħor ta’ 2-2.
Kien Lucas Villela Iapert (29) li fetaħ l-iskor għal Hibernians minn penalty. Iżda Enrico Pepe (35) wieġeb għax-Xlukkajri.
Madankollu, fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet skorjaw goal kull wieħed – Fred Tsoumou Hama Jabel (45+3) għal Marsaxlokk u Lucas Caruana (45+6) għal Hibernians.
It-tieni taqsima kienet waħda bilanċjata biex r- riżultat baqa’ ma nbidilx.
Għaldaqstant kellhom jingħataw il-penalties bix- Xlukkajri jittrijonfaw.
Għalihom skorjaw Nevin Portelli, Nikolai Muscat, Jorge Ailton Soares u Leandro Damian Aguirre filwaqt li għall-Pawlisti skorjaw Dexter Xuereb u Mailson Lima Duarte Lopes … bi Bjorn Kristensen u Pablo Alves De Lima jfallu l-mira tagħhom.
Referee: Matthew Degabriele
BIRKIRKARA……………….. 2
SLIEMA WANDERERS……. 3
Sliema Wanderers qatgħu l-passaġġ tagħhom mal-aħħar tmienja meta ssuperaw lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-2.
It-tliet goals ġew minn doppjetta ta’ Mamadu Bah Sulahmana (13, 35) u Murilo Freire Bernardo (40) filwaqt li Kaiden Fenech (90) u Kemar Reid (94) wieġbu għall-Istripes.
Referee: Ezekiel Barbara
ZEBBUG RANGERS……2
ATTARD………………… 2
(Zebbug R. 7-6 bil-pens)
Din kienet partita bejn it-team miċ-Challenge League, Zebbug Rangers u dak tal-Amateur National League 1, Attard … bir-Rangers joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-6 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 2-2.
Il-goals ta’ Attard waslu minn auto-goal ta’ Christian Grech (15) u Precious Uchechukwu Nwankwo (91) filwaqt li Darren Falzon (21) u Hugo Dos Santos Coelho (70) skorjaw għaż- Żebbuġin.
Referee: Raiden Psaila

