L-attakkant internazzjonali Ingliż, Jude Bellingham, ġie nkurunat uffiċjalment bħala r-rebbieħ tal-premju Golden Boy 2023 fiċ-ċerimonja annwali prestiġjuża li saret nhar it-Tnejn filgħaxija, f’Turin.
Imwaqqaf mill-ġurnal Taljan, Tuttosport, fl-2003, il-premju Golden Boy jiċċelebra l-aqwa players ta’ Taħt il-21 sena mill-ogħla diviżjonijiet tal-Ewropa kull sena kalendarja.
Bellingham tħabbar bħala r-rebbieħ minn lista qasira b’saħħitha ta’ 20 player fis-17 ta’ Novembru wara sena stellari għal Real Madrid, Borussia Dortmund u t-team nazzjonali tal-Ingilterra.
Fit-tieni post spiċċa Jamal Musiala ta’ Bayern Munich waqt li t-tielet post mar għand Lamine Jamal ta’ Barcelona.