Il-midfielder Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, 19-il sena, ġie magħżul il-Player tas-Sena tal-Bundesliga. Huwa kien ewlieni fl-isfida għat-titlu tat-team tiegħu, iżda draw ta’ 2-2 ma’ Mainz fl-aħħar ġurnata tal-istaġun rahom jitilfuh lil Bayern Munich.
Huwa skorja tmien goals u pprovda ħames assists f’31 dehra fil-kampjonat dan l-istaġun hekk kif Dortmund spiċċaw runners-up.
Bellingham, li Dortmund xtrawh għal £25 miljun mingħand Birmingham City, qed jissemma’ biex jingħaqad ma’ Real Madrid dan is-sajf fi ftehim li jiswa aktar minn €100 miljun.