Saturday, September 14, 2024

Julen Lopetegui jħalli lil Wolves

Aqra wkoll

Il-manager Julen Lope­tegui ħalla lil Wolves jiem biss qabel il-bidu tal-istaġun tal-Premier League 2023/24.

L-Ispanjol wasal f’Compton kmieni nhar it-Tlieta għal taħditiet dwar il-futur tiegħu u bi pjani biex jilħaq ftehim finanzjarju għalih u għall-istaff tiegħu, li kollha kienu fuq pagi sinifikanti.

Issa, il-club ħabbar ‘ftehim biex jinfired’ ma’ Lopetegui wara disa’ xhur fit-tmexxija u sitt ijiem biss qabel ma Wolves jibdew il-kampanja tagħhom fil-Premier League.

Ekonomija

Sport