Sunday, December 22, 2024

Jules Kounde rrabjat ma’ Sevilla talli mblukkaw t-trasferiment tiegħu ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Huwa mifhum li Jules Kounde injora kuntatti mingħand Sevilla peress li huwa rrabjat magħhom talli mblukka t-trasferiment tiegħu ma’ Chelsea.

Id-difensur ċentrali deher li se jmur jilgħab fi Stamford Bridge għal £47 miljun, qabel ma Sevilla żiedu l-prezz mitlub tagħhom u l-Blues irtiraw mill-ftehim.

Id-direttur sportiv tal-club Spanjol Monchi ddikjar f’konferenza stampa li l-club mhux se jbigħ lil Kounde sakemm ma tintlaħaqx il-klawsola ta’ release ta’ £68 miljun.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena huwa mdejjaq bil-mod kif progressaw l-affarijiet minn Sevilla u li issa ġie rrapurtat li mhux qed iwieġeb lil Monchi u lill-manager Julen Lopetegui.

Kounde ma kienx inkluż fl-iskwadra għall-partita ta’ Sevilla fil-La Liga kontra Elche fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet peress li l-club kien imħasseb li ma kienx f’kundizzjoni metali tajba biex jilgħab.

Id-difensur bħalissa jinsab fqu impenji intrenazzjonali ma’ Franza fejn qed ifittex li jżid mat-tliet dehriet tiegħu mat-team nazzjonali.

Ekonomija

Sport