Sunday, November 24, 2024

Julian Assange ma jingħatax permess biex jappella kontra estradizzjoni lejn l-Istati Uniti

Aqra wkoll

Qorti għolja tar-Renju Unit irrifjutat li tati permess lill-fundatur ta’ Wiki­Leaks Julian Assange milli jappella kontra d-deċiżjoni li jiġi estradit lejn l-Istati Uniti u hemm jiffaċċja akkużi relatati ma’ spjunaġġ. Il-qorti qalet li hija rrifjutat li tagħti dan il-permess minħabba li “ma tressqux punti legali validi”.

B’hekk possibbilment din id-deċiżjoni eżawriet is-snin sħaħ ta’ sforzi min-naħa ta’ Assange biex jevita li jidher quddiem il-qorti tal-Istati Uniti b’akkużi relatati mal-pubblikazzjoni ta’ dokumenti sensittivi fuq WikiLeaks iktar minn deċenju ilu. 

Fuq Twitter, WikiLeaks ħarġet stqarrija fejn qalet li issa l-każ se jgħaddi qud­diem is-Segretarju tal-Istat Priti Patel biex din tawtorizza l-estradizzjoni. L-istqarrija tkompli tgħid li Assange qiegħed jiffaċċja sentenza ta’ 175 sena ħabs fl-Istati Uniti. Tajjeb li jingħad li Julian Assange jista’ jieħu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani.

Assange ilu mill-2019 jinżamm fil-ħabs ta’ Belmarsh ġewwa Londra wara li kien qatta’ seba’ snin jgħix fl-Ambaxxata tal-Ekwador ġewwa l-kapitali Ingliża. 

Sport