Il-fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange se jkun qiegħed jitlob li jitħalla jattendi l-funeral ta’ Dame Vivienne Westwood li mietet f’Londra fl-età ta’ 81 sena.
Assange jinsab arrestat fil-ħabs ta’ Belmarsh fejn qiegħed jissielet l-estradizzjoni tiegħu lejn l-Istati Uniti b’rabta ma’ akkużi relatati mal-pubblikazzjoni ta’ eluf ta’ dokumenti bejn l-2010 u s-sena ta’ wara.
Mart Assange qalet li diffiċli jkun hemm xi ħadd li jieħu post Dame Vivienne u li żewġha kellu relazzjoni tajba ħafna mad-disinjatriċi. Minħabba li kienet tafu qabel beda jippubblika d-dokumenti li wrew ċertu atroċitajiet, Dame Vivienne kienet tat is-sapport massimu tagħha lil Julian Assange fejn saħansitra ddendlet f’gaġġa fi protesta kontra l-arrest tiegħu.
Kelliem għall-Ministeru tal-Ġustizzja qal li l-probbabbiltà li Assange jingħata dan il-permess huwa żgħir ħafna minħabba li dan it-tip ta’ permess jingħata biss f’każ fejn il-mewt tkun tirrigwardja ċertu qraba tal-qalba.