Tuesday, July 15, 2025

Jum il-Pulizija ta’ Malta

Aqra wkoll

Bħala tifkira ta’ l-okkażżjoni tal-211 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, it-Tnejn filgħaxija,14 ta’ Lulju, fiċ-ċimiterju pubbliku ta’ Santa Marija li jinsab fil-lokalita tax-Xewkija, l-isqof ta’ Għawdex Anton Teuma iċċelebra quddiesa għall-kollegi mejtin li għamlu l-akbar sagrifiċċju fil-qadi ta’ dmirijiethom. Wara l-quddiesa saret ċeremonja qasira ta’  tqegħid ta’ kuruni tal-fjuri fuq il-monument fejn jinsabu midfuna diversi pulizija Għawdxin.

Aktar tard fl-istess jum, fi Pjazza Madonna ta’ Loretu, Għajnsielem, kompliet kl-attivita marbuta ma din l-okkazzjoni fejn f’atmosferma rilassanti l-pubbliku setgħa jiltaqa’ aktar mill-qrib mal-membri tal-Korp tal-Puzlija u fl-istess ħin segwa wirjiet mill-Precision Drill Team, mit-Taqsima tal-Klieb kif ukoll kuncert mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija.

Preżenti madwar din il-pjazza kien hemm ukoll it-Taqsima tal-Kavallerija u uffiċjali mill-Pulizija għall-Komunità. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport