Thursday, December 4, 2025

JUM INTERNAZZJONALI TAL-VOLONTARJAT 2025

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni għall-Għaqdiet Mhux Governattivi ta’ Għawdxin nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2025 se tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Voluntarjat billi ser torganizza Lekċer dwar “QUINTESSENTIAL GOZO 2025, 100 Proposta għall-Gż ejjer Għawdxin”, mill-Kavallier Dr. Raymond C. Xerri, Segretarju Ġenerali tal-Gozo NGOs Association li issa qed tiġ i amministrata minn kumitat ġdid.

Il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat huwa osservanza annwali mandata min-Nazzjonijiet Uniti biex tiċċelebra u tippromwovi l-kontribuzzjonijiet tal-voluntiera madwar id-dinja. Biex tirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet tagħhom lis-soċjetà u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeż injat il-jum fl-1985.

It-taħdita se ssir fiċ -Ċ entru tal- Għaqdiet Mhux Governattivi (VO Support Hub) Triq il-Madonna Tar-Rummiena, ix-Xewkija, u tibda fis-6.30pm. L-Għaqdiet Għawdxin u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna jattendu.

Għal aktar informazzjoni ċ empel 99427633

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport