Saturday, December 21, 2024

“Jum San Valentinu huwa tfakkira … relazzjoni ta’ suċċess mhix xi ħaġa awtomatika”

Sephora Cutajar
Sephora Cutajar
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dan is-sit tkellem mal-Psikologu, Sesswologu u Terapista, Dr Nicholas Briffa dwar l-imħabba, r-relazzjonijiet u l-bidliet li jġibu magħhom. Kif ukoll dwar Jum San Valentinu, il-midja soċjali u ‘l hekk msejħa ‘relationship goals’.

Is-Sesswologu u terapista, Dr Nicholas Briffa. Ritratt: Facebook

Ir-relazzjoni u l-imħabba hija evoluzzjoni

Il-Psikologu, Sesswologu u Terapista, Dr Nicholas Briffa ma’ dan is-sit tenna kif illum il-ġurnata, bħal ħafna affarijiet oħra, l-affarijiet qegħdin f’evoluzzjoni. Fejn qed naraw ħafna mill-koppji f’sitwazzjoni fejn bilfors iridu jaħdmu t-tnejn li huma. Bilfors b’refernza għal ħafna nies fejn meta jmorru għand il-bank biex jieħdu loan u biex jixtru dar li tkun tgħoġobhom, ħafna mid-drabi bilfors iridu jkunu jaħdmu t-tnejn li huma. Allura dan maqgħud ma’ affarijiet oħra iġib miegħu ħafna aspettattivi li qed nistennew minn xulxin.

Dr Briffa semma kif qabel kien hemm l-isterjotipi tal-ġeneru li kienu jiggvernaw l-irwoli tagħna fir-relazzjonijiet – x’nagħmlu, kif inġibu ruħna u x’nistennew mingħand il-partners tagħna. Ħafna drabi l-irwol tal-mara kien id-dar – isajjar, taħsel u trabbi t-tfal. Filwaqt li l-irwol tar-raġel xi ftit jew wisq kien li jmur id-dar u jġib il-ħobża ta’ kuljum id-dar. Illum il-ġurnata dan huwa kollu f’evoluzzjoni.
“Fejn qabel kont tirċievi l-bżonnijiet mingħand il-komunità biex tiftaħ qalbek u fuq affarijiet serji tmur għand il-kappillan, illum nistennewhom mingħand persuna waħda. Allura l-aspettattivi li nistennew mingħand xulxin għolew ħafna.”

Is-Sesswologu spjega kif dan ġab sfidi ġodda għax inti virtwalment persuna hija impossibbli li tissodisfalek il-bżonnijiet kollha u dawn l-aspettativi kollha allura ħafna mid-drabi l-koppja jkollha bżonn li tinnegozja xi ftit jew wisq dawn l-aspettattivi, fosthom dak li l-partner qed jistenna minnek, il-bżonnijiet li jkollok u kif dawn ħa jiġu indirizzati f’din ir-relazzjoni.

Jum San Valentinu u l-imħabba…

Dr Briffa fakkar kif, ta’ min insemmu li San Valentinu hija festa pagana u għal kontra ta’ kif ħafna jaħsbu, dan il-jum m’hux marbut strettament ma’ xi tip ta’ fidi jew xi tip ta reliġjon. Minkejja dan tul iż-żminijiet din il-festa dejjem kellha konnotazzjonijiet fejn tidħol l-imhabba.

Spjega kif minkejja li ħafna drabi din il-festa hija kummerċ, nistgħu nieħdu elementi pożittivi minnha. Dna għaliex il-festi minnhom infushom huma tfakkira simbolika ta’ xi ħaġa iżjed profonda. Fil-ħajja tagħna għandna festi differenti u għandna simboli ta’ kuluri, ta’ ornamenti, fejn qegħdin jindikaw tifsira jew rikordju iżjed profond. Għalhekk jaħbat li San Valentinu hija tfakkira u ċelebrazzjoni tal-imħabba.

“Huwa importanti li ma nalludux ruħna li għandna niftakru f’xulxin biss f’dawn il-festi iżda hija tfakkira sabiħa li l-imħabba mhix xi ħaġa awtomatika. Relazzjoni ta’ suċċess mhix xi ħaġa awtomatika iżda li rridu naħdmu għaliha kontinwament b’impenn b’saħħtu mingħand iż-żewġ individwi involuti.”

Dr Briffa żied jgħid kif lil hinn mill-pressjoni, meta inti qed tippreżenta pressjonijiet kummerċjali li trid tixtri xi ħaġa u li trid tmur tiekol, għandna ninfatmu minn dawn il-pressjonijiet u l-aspettattivi li huma ggvernati mill-industrija u ngħixu ħajja li forsi ma naffordjawx.

Il-midja soċjali u l-aspettattivi…

Waħda mill-iktar affarijiet li bidlet il-midja soċjali hija l-mod ta’ kif il-bnedmin jikkomunikaw. Qabel il-bnedmin kienu jikkomunikaw b’mod verbali u non verbali imma ħafna drabi l-affari kienet issir permezz tat-telefon. Filwaqt li meta niltaqgħu għandek it-taħlita ta’ verbal u non verbal. Filfatt il-midja socjali bidlet ukoll l-imġiba tagħna fejn jidħol anke l-Facebook u l-midja soċjali inġenerali.

B’referenza għal riċerka li ġiet ppubblikata ħames snin ilu l-Kanada, Dr Briffa tenna kif din ir-riċerka turi li iżjed kemm koppja tippostja fuq il-facebook iżjed hemm ċans li jkun hemm insigurtà relazzjonali. Fejn il-koppja, is-sigurtà tagħha mhix qed tirċivieha fi ħdanha iżda intra-relazzjonali. Dan jwassal biex persuna tmur fuq il-pjattaforma tal-midja socjali u biex tirċievi s-sigurtà tagħha minn hemmhekk permezz tal-likes u l-kummenti.

“Min jara dawn ir-ritratti jagħti idea li trid tagħmel ċertu affarijiet, bħal issiefer, tipproponi b’mod estravaganti jew tikteb eloġji kbar b’ħafna kliem sabiħ meta xi ħadd jagħlaq sninu jew f’xi anniversarju quddiem id-dinja.”

Il-konfini u r-relazzjonijiet…

Il-midja soċjali sar parti minn ħajjitna. Riċerka turi li kull persuna tqatta’ minn tal-inqas siegħa u 14-il minuta kuljum fuq Facebook. Jigifieri xhin tghaqqad il-minuti kollha huma hafna.

Fid-dawl ta’ dan, Dr Briffa aċċenna kif kull koppja għandu jkollha normi ċari ta’ x’inhi mġiba ta’ rispett fid-dinja tal-online u x’inhi mġiba aċċettata inkluż kif wieħed jikkumenta fuq ritratt ta’ xi ħadd jew ħaġa oħra u kif dan iġiegħlek tħossok din l-imġiba għaliex dan jista’ jistimula ċertu nuqqas ta’ fiduċja f’xulxin.

Dawn huma konfini li llum il-ġurnata nafu li huwa importanti li niddiskutu għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn kienu preżenti dejjem imma ovvjament illum bil-genesi tal-midja soċjali llum qed jippreżentaw realtà ġdida.

Semma wkoll kif it-trasparenza u l-onestà hija dinamika oħra wkoll. L-onestà hija li inti tgħid il-verità u t-trasparenza hija li tgħid il-verità. Għaldaqstant waħda mill-affarijiet li l-koppja trid tinnegozja hija l-imġiba tagħha online.

Kpiepel differenti fl-istess relazzjoni…

Waħda mill-akbar sfidi importanti huwa li meta inti persuna taqsam magħha l-ħajja tiegħek mintix qed tinnegozja l-bżonnijiet sesswali tiegħek imma qed tinnegozja magħha il-bżonnijiet u realtajiet oħra, tenna Dr Briffa.

F’relazzjoni wieħed mhuwiex biss partners ta’ xulxin, iżda qed taqsam id-dar ma’ xulxin, f’każ li huma ġenituri qed jieħdu ħsieb it-tfal, iżda fost kollox koppja huma partners intimi ta’ xulxin. Għaldaqstant qed naraw il-koppja tilbes kpiepel differenti fl-istess relazzjoni. Dan jista’ ftit jew wisq ipoġġi l-isfida ta’ kif inħarsu lejn xulxin.

“Iżjed kemm qed insiru intimi ma’ xulxin, iżjed qed nitbegħdu mill-erotiċiżmu. Erotiku huwa l-gdid, l-avventura u hija n-novelta hija dak kollu li ma kontx nafu. F’dan kollu, ahna u ghaddejjin fil-hajja taghna, importanti li ma ninsewx dan il-kappell mill-hafna kpiepel li ahna ghandna flimkien bhala koppja.”

Dr Nicholas Briffa kkonkluda kif dejjem irridu naraw kif ndaħħlu dan ir-riskju fis-sigurtà, fejn aħna ma niddejjqux li naqsmu flimkien il-fantasiji sesswali tagħna, l-immaġinarju erotiku tagħna, x’tixtieq li tagħmlu bħala koppja sesswalment għaliex dan jgħin sabiex insibu lil xulxin għal darba oħra bħala partners romantiċi u intimi.

Ekonomija

Sport