Il-Fondazzjoni OASI twaqqfet fl-1991 biex tippromwovi stil ta’ ħajja sana ‘l bogħod mill-abbuż minn sustanzi u wkoll biex tgħin b’mod terapewtiku u professjonali lil dawk il-persuni u l-familji tagħhom li ġew affettwati minn abbuż minn sustanzi u vizzju.
L-isports huwa ppruvat xjentifikament li huwa mezz ta’ rilassament, jgħin biex iwettaq aħjar fil-ħajja u jgħin fis-soċjalizzazzjoni. Għalhekk huwa mezz biex jipprevjeni l-abbuż minn sustanzi filwaqt li jippromwovi l-irkupru tal-vizzju.
Il-kunċett wara dan l-avveniment Jump for Life beda benefiċjarju li bbenefika mis-servizz tal-Fondazzjoni OASI, aktar minn 23 sena ilu. Li wieħed jaqbeż fil-baħar kiesaħ, jirrikjedi sforz u dan il-ġest qed isir bħala sinjal ta’ appoġġ u inkoraġġiment għal dawk li għandhom bżonn jagħmlu dik il-qabża biex itejbu ħajjithom billi jitolbu għajnuna dwar l-abbuż ta’ sustanzi tagħhom.
It-tielet edizzjoni ta’ “Jump for Life” se tittella’ nhar id-29 ta’ Diċembru 2024. L-attivitajiet jibdew għall-ħabta tad-9.00 a.m., bil-qofol jintlaħaq f’nofsinhar meta l-parteċipanti jaqbżu fil-baħar.
L-għanijiet ewlenin tal-Fondazzjoni OASI huma li jippromwovi l-isports tal-ilma bħala mezz biex toqgħod ’il bogħod minn abbuż minn sustanzi u mġiba ta’ vizzju u sabiex tħeġġeġ lin-nies ifittxu l-għajnuna u jekk ikollhom bżonn jagħmlu xi ħaġa biex itejbu ħajjithom għalkemm jistgħu jsibuha diffiċli, jagħmluha.
L-attivitajiet jinkludu mixja mix-Xlendi sal-irdum magħruf bħala ta’ Sanap, attivitajiet bil-kenura u l-qbiż fil-baħar.