Wara s-suċċess li kiseb Jurgen Balzan fil- Grand Prix tal-Italja ġewwa Messina, issa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien ir-rebbieħ tal-FISTF International Open ta’ Malta organizzat minn Ħ’Attard Subbuteo club. Balzan rebaħ il-kategorija Open mingħajr telfa.
Fis-semi-finali, huwa lagħab kontra Spencer Conti, plejer ta’ Valletta Lions TFC u rebaħ bl-iskor ta’ 4-2. Il-finali ntlagħbet kontra l-plejer ta’ Bormla SC George Ebejer. Jurgen Balzan kien rebbieħ bl-iskor ta’ 4-2.
Qabel jispiċċa dan l-istaġun Balzan ser jkun qed jikkompeti f’żewġ turnaments oħra internazzjonali, wieħed fil-Major tal-Greċja u l-Grand Prix fil-Germanja.