Sunday, December 22, 2024

Jurgen Degabriele u Charlene Zammit jirbħu l-aqwa premjijiet fl-MFPA Awards 2022

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Hibernians u t-team nazzjonali Malti Jurgen Degabriele u Charlene Zammit, id-difensur ta’ Birkirkara u tat-team nazzjonali tan-nisa, inkurunaw staġun memorabbli billi rebħu l-premjijiet tal-MFPA Best Player tal-Irġiel u tan-Nisa rispettivament.

Dan hekk kif nhar it-Tnejn filgħaxija ġew organizzati l-MFPA Awards għall-istaġun 2021-22, fil-Mużew tal-Avjazzjoni ta’ Malta f’Ta’ Qali. Degabriele, li skorja 14-il goal fil-kampjonat, rebaħ l-aktar unur individwali prestiġjuż wara li ispira lil Hibernians għat-13-il kampjonat tagħhom, u għeleb l-isfida ta’ sieħbu ta’ Hibernians Jake Grech u Maxuell Maia, ta’ Gzira United.

Fil-kategorija femminili, Zammit ġiet ippremjata għall-wirjiet konsistenti tagħha fil-qalba tad-difiża fi staġun ieħor ta’ suċċess għaċ-champions Birkirkara. Il-finalisti l-oħra għall-MFPA Women’s Best Player Award kienu l-midfielder ta’ Mgarr United Brenda Borg u Stephania Farrugia, id-difensur ta’ Birkirkara.

L-attakkant ta’ Floriana u Malta Jan Busuttil ġie vvutat bħala l-Aħjar Player Żagħżugħ tal-MFPA filwaqt li Maya Lucia, il-midfielder ta’ Raiders Lija, rebħet l-unur fil-kategorija tan-nisa.

Waqt spettaklu divertenti, ippreżentat minn Keith Demicoli, l-MFPA tat total ta’ 35 premju. Tnejn u għoxrin minn dawn marru għall-players li rċevew l-akbar numru ta’ voti minn sħabhom fil-kategoriji tal-MFPA Best XI kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Degabriele ingħaqad ma’ sħabu ta’ Hibernians Leandro Almeida u Jake Grech fl-MFPA Best XI filwaqt li l-coach Taljan Stefano Sanderra żamm l-unur tal-aqwa coach wara li ggwida lill-Pawlisti għat-titlu tal-Kampjonat Premier.

Il-players l-oħra fl-MFPA Best XI 2021-22 huma l-goalkeeper ta’ Sirens Jonathan Debono, Cain Attard ta’ Birkirkara (difensur lemini), it-trio ta’ Floriana Ryan Camenzuli (difensur xellugi), Oualid El Hasni (difensur ċentrali) u Brandon Paiber (midfielder), Ivan Curjuric, il-midfielder ta’ Valletta, u l-attakkanti Luke Montebello (Birkirkara) u Maxuell Maia (Gzira United).

Fl-MFPA Women’s Best XI, Charlene Zammit kienet waħda minn tliet players ta’ Birkirkara; l-oħrajn kienu Stephania Farrugia (difensur ċentrali) u Ann-Marie Said (midfielder). Il-players l-oħra fl-aħjar għażla kienu l-goalkeeper Jodie Attard (Swieqi United), id-difensur leminija Rebecca Bajada (Mgarr United FC), id-difensur xellugija Jade Flask (Swieqi United FC), il-midfielders Maya Lucia (Raiders Lija) u Brenda Borg (Mgarr United) filwaqt li Rodianne Zerafa (Kirkop United), Emma Xuereb (Swieqi United) u Leah Alice Ayres (Raiders Lija) iffurmaw l-attakk.

Kien każ ta’ ferħ doppju għall-attakkant ta’ Lija Athletic Lydon Micallef li rebaħ il-premjijiet tal-MFPA Best Challenge League Forward u Best Challenge League Player. Micallef kien l-aqwa skorer taċ-Challenge League 2021-22 bi 18-il goal filwaqt li l-attakkant ta’ Attard Nicholas Schembri, kien l-aqwa skorer b’21 goal fl-Amateur League, u sar l-ewwel rebbieħ tal-MFPA Best Amateur League Player Award.

JOHN BUTTIGIEG JIRĊIEVI PREMJU TAL-MERTU

Il-Premju tal-Mertu mar għall-ex player leġġendarju tat-team nazzjonali Malti

id-difensur u coach John Buttigieg li ġie rikonoxxut għall-kontribut kbir tiegħu. Huwa rċieva l-premju mingħand Joachim Walltin, Segretarju Ġenerali tal-FIFPRO Division Europe.

Ir-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Cann ġie vvutat l-aħjar referee tal-istaġun għar-raba’ sena konsekuttiva.

Waqt il-Lejla tal-Premjijiet, Carlo Mamo, is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA, ta ħarsa dettaljata lejn id-diversi proġetti u ħidma mwettqa mill-Assoċjazzjoni matul dan l-istaġun, li ġibdet tifħir minn Walltin li f’isem il-FIFPRO, feraħ lill-MFPA għall-impenn qawwi u l-isforzi tagħha biex tappoġġja u tassisti players tal-football f’Malta.

IR-REBBIEĦA

L-AĦJAR REFEREE MFPA

Trustin Farrugia Cann

MFPA L-AĦJAR PLAYER TAL-AMATEUR LEAGUE

Nicholas Schembri (Attard FC)

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE GOALKEEPER

Jamie Azzopardi (Żebbuġ Rangers)

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE DIFENSUR

Juan Cruz Gill (Marsaxlokk FC)

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE MIDFIELDER

James Scicluna (Pietà Hotspurs FC)

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE ATTAKKANT

Lydon Micallef (Lija Athletic FC)

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE PLAYER

Lydon Micallef (Lija Athletic FC)

MFPA WOMEN’S BEST XI

Goalkeeper – Jodie Attard (Swieqi United FC)

Difensur Leminija – Rebecca Bajada (Mgarr United FC)

Difensur xellugija – Jade Flask (Swieqi United FC)

Centre-Backs – Stephania Farrugia (Birkirkara FC); Charlene Zammit (Birkirkara FC)

Midfielders – Ann-Marie Said (Birkirkara FC); Maya Lucia (Raiders Lija FC); Brenda Borg (Mgarr United)

Attakkanti – Rodianne Zerafa (Kirkop United); Emma Xuereb (Swieqi United); Leah Alice Ayres (Raiders Lija FC)

MFPA BEST COACH

Stefano Sanderra (Hibernians FC)

MFPA MEN’S BEST XI

Goalkeeper – Jonathan Debono (Sirens FC)

Difensur Lemini – Cain Attard (Birkirkara FC)

Difensur Xellug – Ryan Camenzuli (Floriana FC)

Difensuri ċentrali – Leandro Almeida (Hibernians FC); Oualid El Hasni (Floriana FC)

Midfielders – Brandon Paiber (Floriana FC); Ivan Curjuric (Valletta FC); Jake Grech (Hibernians FC)

Attakkanti – Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Maxuell Maia (Gżira United)

PREMJU TAL-MERTU MFPA

John Buttigieg

L-AĦJAR PLAYER ŻAGĦŻUGĦA TAL-MFPA NISA

Maya Lucia (Raiders Lija FC)

L-AĦJAR PLAYER ŻAGĦŻUGĦ TA’ MFPA IRĠIEL

Jan Busuttil (Floriana FC)

L-AĦJAR PLAYER MFPA NISA

Charlene Zammit (Birkirkara FC)

L-AĦJAR PLAYER MFPA IRĠIEL

Jurgen Degabriele (Hibernians FC)

Ekonomija

Sport