Il-federazzjoni tal-futbol tal-Korea t’Isfel qed jaħsbuha serjament sabiex ineħħu mill-kariga lill-kowċ tat-tim nazzjonali Jurgen Klinsmann. Dan kollu qed jiġri hekk kif il-Koreani naqqsu milli jirbħu t-tazza Ażjatika għal darb’oħra meta sfaw eliminati fis-semifinali mill-Ġordan.
Ħafna partitarji Koreani kienu wkoll diżappuntanti li nazzjon li jinsab fit-23 post tar-rankings tal-FIFA ilu ma jirbaħ din it-tazza sa mill-1960.
Il-partitarji Koreani kkontestaw ukoll id-deċiżjonijiet ta’ Klinsmann speċjalment bil-formazzjoni li għażel għal-logħba mitlufa kontra l-Ġordan bl-iskor ta’ 2-0.