Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, akkuża lis-sidien tal-club li ma jridux jipprovdu fondi biex tissaħħaħ l-iskwadra.
Bħalissa r-Reds għandhom 10 players imweġġgħin, l-aktar dawk li jilagħbu fis-settur ta’ nofs il-ground.
Il-coach Ġermaniż sostna li huwa identifika bosta midfielders iżda huwa ġie nformat li mhux se jkun hemm akkwisti ġodda u jrid jilgħab bil-player għad-dispożizzjoni, irrispettivament l-etajiet tagħhom.