L-eks kowċ ta’ Borussia Dortmund u Liverpool Jurgen Klopp wera biċ-ċar li mhux favur it-tazza tad-dinja tal-klabbs. F’intervista ma’ ġurnal Ġermaniż hu sejjaħ din il-kompetizzjoni bħala “l-agħar idea li qatt saret fil-futbol”.
Skont Klopp, il-plejers m’għandhomx ħin biex jirkupraw, la fiżikament u lanqas mentalment. Qabbel is-sitwazzjoni mal-NBA, fejn l-atleti għandhom erba’ xhur mistrieħ fis-sena.
Qal ukoll li jekk il-plejers jibqgħu jilagħbu b’dan ir-ritmu, se jkun hemm ħafna injuries, speċjalment viċin it-tazza tad-dinja 2026. Skontu, hemm bżonn ta’ bidla serja fis-sistema fejn il-flus ma jibqgħux prijorita’ assoluta fil-futbol.