Il-coach ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, saħaq li Liverpool għandhom jingħataw il-punti jekk il-partita tat-Tnejn tiġi posposta minħabba l-protesta li l-partitarji ta’ Manchester United qed jippjanaw.
Klopp fakkar kif żewġ staġuni ilu, il-logħba ma ntlagħbitx minħabba li madwar 4,000 partitarju tar-Red Devils għamlu protesta fit-toroq li jagħtu għal Old Trafford … fejn saħansitra daħlu fil-ground … u anke attakkaw lill-ex player ta’ Liverpool, Jamie Carragher, li kien hemmhekk b’xogħol bħala opinjonista ma’ Sky Sports. Xi ħadd mill-partitarji kien xeħet flare fid-direzzjoni tiegħu li b’xorti tajba ma laqtux.
Iżda minkejja dak l-eżitu, l-FA Ingliża ma ħarġet l-ebda passi dixxiplinari kontra l-club ta’ Manchester United iżda ħabbret biss li l-fixture posposta kellha tintlagħab f’data oħra.
Peró din id-darba, il-coach ta’ Liverpool qed jitlob protezzjoni biex dak li ġara ma jerġax jirrepeti ruħu … inkella qed jitlob li jingħataw il-punti.