Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, rebaħ l-unur tal-Aħjar Coach tal-Premier League.
Taħt it-tmexxija tiegħu, ir-Reds s’issa rebħu l-FA Cup u l-League Cup, it-tnejn kontra Chelsea bl-għoti tal-penalties.
Iżda huma ma rebħux il-kampjonat meta spiċċa punt wieħed biex taħt Manchester City hekk kif iż-żewġ timijiet rebħu l-aħħar partita tagħhom fejn id-destin kien f’idejn is-Citizens.
Waqt is-serata tal-preżentanzzjoni Klopp qal: “Dan huwa unur kbir fejn għadna kif spiċċajna staġuna tal-ġenn!”
“Id-diżappunt li ma rbaħniex il-kampjonat għadda hekk kif qed inħarus għall-ikbar finali ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Real Madrid.
Klopp rebaħ ukoll il-vot tal-managers biex ġie ppreżentat bl-Alex Ferguson Trohpy mil-leġġendarju nnifsu.
Klopp iddedika dawn iż-żewġ unuri lill-istaff tekniku, lill-players u lil dawk kollha li jaħdmu fi ħdan il-club.