Friday, December 27, 2024

Jurgen Klopp jitkellem dwar it-taħwida bejn l-FA Brażiljana, il-FIFA u l-clubs

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, m’huwiex ċert jekk il-players internazzjonali Brażiljani, Alisson u Roberto Firmino jistgħux jiffaċċjaw lil Leeds f’Elland Road nhar il-Ħadd.

Klopp kien kritiku ħafna għall-awtoritajiet tal-football tal-Amerika t’Isfel dwar kif kienu qegħdin jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni, bi clubs oħra tal-Premier League bħal Manchester United, Manchester City u Chelsea wkoll se jiġu affettwati. Roberto Firmino jinsab fl-istess sitwazzjoni iżda għadu qed jirkupra minn injury li sofra qabel il-waqfa internazzjonali u huwa lest li jitlef il-logħba kontra Leeds fi kwalunkwe każ.

Liverpool irrifjutaw li jħallu lil Alisson, Fabinho u Firmino jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-lista l-ħamra, iżda l-FA Brażiljana wieġbet billi imponiet restrizzjoni ta’ ħamest ijiem fuq il-players li ssejħu għal-logħob kontra ċ-Ċili, l-Arġentina u l-Peru, anke jekk ma lagħbux.

Il-Premier League kien qed jittama li l-11-il player affettwati minn din is-sentenza jkunu liberi li jilagħbu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Kap eżekuttiv Richard Masters kiteb lill-clubs u ssuġġerixxa li tinstab riżoluzzjoni nhar l-Erbgħa. Huwa qal li erba’ assoċjazzjonijiet nazzjonali lmentaw mal-FIFA u żied jgħid li l-Premier league kienet f’taħditiet kemm mal-FIFA, il-Gvern u l-FA Ingliża.

Madankollu, baqgħet ma nstabet l-ebda riżoluzzjoni, u Klopp iħoss li s-sitwazzjoni setgħet ġiet trattata aħjar.

Ekonomija

Sport