Saturday, December 28, 2024

Jurgen Klopp kien interessat li jakkwista lil Bamford ta’ Leeds Utd

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, kien interessat li jakkwista lill-attakkant ta’ Leeds United, Patrick Bamford, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Il-player ta’ 28 sena, li ddebutta mal-Ingilterra kontra Andorra fil-5 ta’ Settembru, skorja 17-il goal fil-Premier League waqt staġun impressjonanti 2020-21 għal Leeds.

Qabel ma Bamford kiseb ftehim ġdid ta’ ħames snin mal-Whites f’Awwissu, Liverpool kienu avviċinaw lill-club immexxi minn Marcelo Bielsa biex jirreġistraw l-interess tagħhom fih.

Liverpool avviċinaw lil Leeds biex jistaqsu dwar id-disponibbiltà tal-attakkant, iżda qatt ma kien hemm offerta uffiċjali mir-Reds.

Bamford beda wkoll l-istaġun 2021-22 f’forma impressjonanti f’livell ta’ club, fejn skorja goal u pprovda assist wieħea fi tliet apparenzi fil-Premier League.

L-Ingliż skorja 44 darba u rreġistra 16-il assist f’114 dehra għat-team ta’ Bielsa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Middlesbrough f’Lulju 2018.

Ekonomija

Sport