Il-kowċ Ġermaniż Jurgen Klopp huwa rappurtat li m’għandu l-ebda għaġla biex jirritorna fuq touchline hekk kif l-ex manager ta’ Liverpool għad għandu rwol tiegħu mal-kumpanija Red Bull.
Issa qed iservi bħala l-kap globali tal-futbol huwa impenjat bis-sħiħ li jissorvelja l-operazzjonijiet fil-portafoll tal-futbol tal-kumpanija, li jinkludi klabbs fl-Ewropa, l-Amerika t’Isfel, l-Amerika ta’ Fuq u l-Asja. Hu jrid jipprova wkoll jibbilanċja bejn ħajja professjonali u dik familjari hekk kif huwa mifhum ukoll li dan l-aħħar sar nannu, u għalhekk hu għad irid jiżen x’inhu l-aħjar għalih u għal dawk ta’ madwaru.
Sadanittant, l-istess Klopp qed jissemma’ kemm li jista’ jkun kowċ tal-Brażil kif ukoll ta’ Real Madrid.