Friday, November 15, 2024

Justin Bieber ħabbar li għandu bżonn jirilassa minħabba paraliżi fil-wiċċ

Aqra wkoll

Il-kantant Justin Bieber żvela li qed isofri minn paraliżi tal-wiċċ wara li kkanċella l-impenji li kellu pjanati għal din il-ġimgħa.

“Kif tistgħu taraw din l-għajn mhix itteptep. Ma nistax nitbissem fuq din in-naħa ta’ wiċċi… Allura hemm paraliżi sħiħa fuq din in-naħa ta’ wiċċi,” qal il-kantant ta’ 28 sena.

Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, kelliema f’isem l-artist ħabbru li kienu se jiġu posposti tliet wirjiet tal-Justice World Tour – li beda fi Frar.

“Hu minn dan il-virus li jattakka n-nerv ta’ widintni u n-nervituri ta’ wiċċi li wassal biex wiċċi jkollu din il-paraliżi,” qal il-kantant imwieled il-Kanada fil-filmat ta’ tliet minuti, li fih jindika n-naħa tal-lemin ta’ wiċċu u dak li għaddej minnu.

Huwa talab lis-segwaċi tiegħu biex ikunu paċenzjużi, u dwar il-wirjiet li kellu jagħti spjega li ovjament mhuwiex fi stat li jippreżenta ruħu fiżikament. Huwa tbissem ukoll u teptep għajnu, u wera lill-240 miljun segwaċi tiegħu kif in-naħa tal-lemin ta’ wiċċu ma ċaqlaqx.

“Dan huwa pjuttost serju, kif tistgħu taraw. Nixtieq li dan ma kienx il-każ, iżda, ovvjament, ġismi qed jgħidli li rrid inaqqas”, kompla l-kantant filwaqt li spjega li se jkun qed juża dan iż-żmien ta’ mistrieħ biex jirrilassa u jerġa’ lura fl-aqwa forma tiegħu.

Bieber żied jgħid li ilu jagħmel eżerċizzji tal-wiċċ biex jerġa’ lura għan-normal, iżda li ma jafx kemm se jdum biex jirkupra.

Ekonomija

Sport