Monday, October 14, 2024

Justin Kluivert jispiċċalu l-perjodu ta’ self ma’ Valencia

Aqra wkoll

L-attakkant Olandiż Justin Kluivert se jispiċċalu l-perjodu ta’ self ma’ Valencia sabiex fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jirritorna ma’ AS Roma. Dawn tal-aħħar ftit jidhru ħerqanin biex iżommuh hekk kif il-kowċ Jose Mourinho ma tantx se jużah fil-pjan tattiku tal-istaġun li ġej. 

Sadanittant Bournemouth jidhru interessati f’dan il-plejer. Kluivert għandu 24 sena u jilgħab bħala winger. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Ajax, Leipzig u Nice.

Sport