Tuesday, September 24, 2024

Justin Kluivert viċin li jingħaqad ma’ Bournemouth

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Olandiż Justin Kluivert hu lest li jħalli lil Roma u jingħaqad ma’ Bournemouth fl-Ingilterra.

Fil-fatt, il-kowċ ta’ AS Roma Jose Mourinho kkonferma li Kluivert m’għandux postu fl-iskwadra tal-istaġun li ġej u għalhekk tah parir biex imur ifittex destinazzjoni oħra.

Roma se jkunu qed idaħħlu madwar €10 miljun tiegħu b’Bournemouth li jidhru ħerqanin sabiex jilqgħuh fl-iskwadra.

Sport