Friday, December 13, 2024

Justin Trudeau b’azzjoni drastika biex jikkontrolla s-sitwazzjoni ġewwa l-Kanada

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-Prim Mi­n­istru tal-Kanada Justin Trudeau attiva s-saħħiet ta’ emerġenza bil-għan li jġib fi tmiemhom id-dimostrazzjonijiet li pparalizzaw il-kapitali Ottawa kif ukoll imblukkaw numru ta’ pontijiet importanti. 

Bl-Att ta’ Emerġenza – att li rarament jiġi attivat – il-gvern daħħal miżuri li huma intiżi li jaqtgħu l-fondi tad-dimostranti kif ukoll saħħaħ is-sigurtà provinċjali u dik lokali b’pulizija federali. Waqt konferenza tal-aħbari­jiet li Trudeau ta hekk kif ħabbar il-miżuri huwa qal li, “l-imblokki qed iweġġgħu lill-ekonomija u jimminaw is-sigurtà pubblika.” Huwa tenna li, “aħna ma nistgħux u mhux se nħallu attivitajiet illegali u perikolużi jkomplu.”

Min-naħa tagħhom il-Canadian Civil Liberties Association qed jargumentaw li l-gvern ma laħaqx l-istandard rikjest biex jattiva l-Emergencies Act hekk kif din hija intiża li tintuża biss f’każijiet fejn ikun hemm theddid fuq “is-sigurtà, is-sovranità u l-integrità territorjali”.

Dak li ġie mlaqqam bħala l-Konvoj tal-Libertà kien beda mis-sewwieqa tat-trakkijiet Kanadiżi bħala protesta kontra mandat dwar it-tilqim kontra l-Covid-19. Dan maż-żmien spiċċa biex infirex fuq temi politiċi oħrajn u oppożizzjoni kontra l-politika ta’ Trudeau.

Ekonomija

Sport