Juventus kienu f’kuntatt ma’ Mino Raiola biex fi tmiem l-istaġun jiddiskutu ftehim għall-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba.
Il-kuntratt ta’ Pogba f’Old Trafford għandu jiskadi dan is-sajf, u l-internazzjonali Franċiż mistenni jħalli lir-Red Devils fit-tfittxija ta’ club ġdida.
Juventus għadhom marbutin b’mod qawwi mal-ex player tagħhom, u l-coach tal-Bianconeri Massimiliano Allegri dan l-aħħar ikkummenta dwar din l-ispekulazzjoni.
Huwa mifhum li bħalissa Juventus jinsabu f’taħditiet mal-aġent ta’ Pogba, Raiola, biex jiddiskuti r-ritorn possibbli f’Turin bi free transfer.
Juvsntus huma lesti li jħallsu lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 £6.2m fis-sena, li jistgħu jitilgħu għal aktar minn £8m fis-sena b’diversi bonuses.
Il-player ta’ 28 sena qabel irrappreżenta lil Juventus bejn l-2012 u l-2016, fejn rebaħ erba’ titli tas-Serie A u żewġ trofej tal-Coppa Italia matul iż-żmien tiegħu fil-club.
Real Madrid u Paris Saint-Germain huma wkoll maħsuba li huma interessati fil-midfielder, li skorja darba u pprovda tmien assists f’20 dehra għal Manchester United dan l-istaġun.