Juventus qed ifittxu direttur sportiv ġdid li jibda dan ir-rwol sa minn Lulju li ġej hekk kif Federico Cherubini ngħatatlu sospensjoni.
Għajnejn id-diriġenti Bianconeri qed imorru fuq id-direttur sportiv ta’ Atletico Madrid Andrea Berta. Apparti minn hekk huma qed għaddejjin b’diskussjonijiet ma’ Frederic Massara u Cristiano Giuntoli sabiex sa ftit tal-ġimgħat oħra xi ħadd minnhom jibda l-ħidma tiegħu fl-uffiċċji tal-Allianz Stadium.