Saturday, September 14, 2024

Juventus ifittxu midfielder minflok Paul Pogba

Aqra wkoll

Hekk kif il-midfielder Franċiż Paul Pogba hu barra mil-logħob wara li nstab pożittiv għat-test tad-doping, Juventus qed jaraw x’se jagħmlu sabiex isibu sostitut għalih. Fil-fatt, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli se jara x’għażliet hemm għas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Fost il-profili li qed jissemmew huma Habib Diarra ta’ Strasbourg, Manu Kone ta’ Borussia Monchengladbach, Pierre-Emile Hojbjerg ta’ Tottenham, Georgiy Sudakov ta’ Shakhtar Donetsk u Teun Koopmeiners ta’ Atalanta.

Dawn il-plejers se jiġu evalwati mill-iskawts tal-klabb sabiex f’Jannar jiddeċiedu min minnhom se jilbes il-flokk Bianconero.

Ekonomija

Sport