Juventus huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Leicester City, Caglar Soyuncu.
L-internazzjonali Tork oriġinarjament iffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-Foxes meta ingħaqad magħhom fis-sajf tal-2018, iżda ż-żmien tiegħu fil-King Power Stadium jista’ jkun qed jintemm.
Il-player ta’ 25 sena kien regolari fit-team mill-mument li wasal, u dan l-istaġun deher f’24 mis-27 logħba tal-Premier League ta’ Leicester.
Madankollu, id-difensur ċentrali jista’ jkun qed iħalli l-club hekk kif Juventus huma interessati li jiffirmawh dan is-sajf.
Diġà bdew isiru taħditiet bejn dawk involuti, u huwa maħsub li Soyuncu innifsu huwa lest li jħalli l-Premier League.
Dan l-istaġun il-club Taljan kien marbut ukoll ma’ Antonio Rudiger ta’ Chelsea, bit-team mis-Serie A qed ifittex li jsaħħaħ id-difiża.