Saturday, December 14, 2024

Juventus ipoġġu l-prezzijiet fuq ras Vlahovic u Chiesa

Aqra wkoll

Juventus huma rappurtati li ffissaw il-prezzijiet għall-attakkanti Dusan Vlahovic u Federico Chiesa lil partijiet inte­ressati fosthom Liverpool, Chelsea u Newcastle United.

Il-Bianconeri huma sfurzati jaqtgħu l-ispejjeż dan l-istaġun wara li baqgħu barra miċ-Champions League u kellhom bżonn jiġu f’tagħhom.

Diversi sorsi huma fiduċjużi li Chiesa u Vlahovic jistgħu jinbiegħu dan is-sajf għall-prezz tajjeb, peress li huma jaqilgħu flus kbar u fuq kollox mhumiex kuntenti bil-metodi ta’ coaching ta’ Max Allegri.

Madankollu, l-esperti tas-suq tat-trasferimenti jwissu li dawn mhux se jinbiegħu għal inqas mill-valur tas-suq tagħhom u l-prezz stipulat.

Għal Chiesa jkun bejn €55-€60 miljun, li bejn wieħed u ieħor huwa l-istess ammont li qed jitolbu Inter għall-goalkeeper Andre Onana.

Newcastle United u Liverpool huma magħrufa li qed isegwu s-sitwazzjoni tat-Taljan.

Fir-rigward ta’ Vlahovic, huwa kien stmat għal madwar €75-€80 miljun flimkien ma’ bonuses, wara li ngħaqad ma’ Juventus mingħand Fiorentina għal €81.6 miljuni flimkien ma’ sa €10 miljun f’żidiet oħra f’Jannar tal-2022 biss.

Chelsea qed juru interess fl-internazzjonali Serb, Vlahovic, speċjalment fi tpartit potenzjali ma’ Romelu Lukaku, iżda s’issa ma għamlu l-ebda offerta konkreta.

Ekonomija

Sport