Juventus qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ Angel di Maria. Huwa kien protagonista fl-aħħar logħba mill-UEFA Europa League kontra Nantes hekk kif skorja tripletta u xpruna lit-team għall-kwalifikazzjoni.
Minkejja kollox, Juventus iridu jgħaġġlu sabiex jagħmlu dan il-ftehim hekk kif Barcellona qed jirsistu sabiex jiksbu l-firma tal-istess attakkant Arġentin.
Di Maria għandu 34 sena u skorja erba’ goals f’14-il partita ma’ Juventus.