Il-wirjiet straordinarji tal-plejer Tork Kenan Yildiz qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ diversi klabbs ewlenin fl-Ewropa, u Juventus jinsabu determinati li jissalvagwardjaw l-futur ta’ dan il-plejer żagħżugħ. Skont ġurnal Taljan, bħalissa hemm xi differenza bejn il-partijiet fir-rigward tat-tiġdid tal-kuntratt, iżda l-kuntatti bejn il-klabb u l-aġenti tal-plejer qed ikomplu b’mod pożittiv. J
uventus diġà għandhom pjan li jorganizzaw laqgħa fil-jiem li ġejjin sabiex inaqqsu d-distakk bejn id-domanda u l-offerta u jilħqu ftehim li jżomm lil Yildiz fit-tul f’Turin, fejn jitqies bħala wieħed mill-pilastri tal-proġett futur.
Yildiz lagħab 68 logħba ma’ Juventus u skorja għaxar gowls.