Juventus lesti jerġgħu jibnu dipartiment offensiv ġdid. Bit-tluq possibbli ta’ Dusan Vlahovic u dak ta’ Randal Kolo Muani, li għandu jirritorna f’Pariġi wara s-self tiegħu, il-klabb Bianconero qed ifittex mill-inqas żewġ elementi għall-attakk. Mateo Retegui jinsab fiċ-ċentru tal-interess ta’ La Vecchia Signora iżda hemm tellieqa għall-attakkant ieħor bejn Lorenzo Lucca u Nikola Krstovic. Mhux se tkun faċli li huma jiksbu wieħed mit-tnejn peress li l-ispiża taż-żewġ plejers, kif dejjem tgħid gazzetta partikolari, hija ta’ madwar 25 miljun ewro.
Kristovic jilgħab ma’ Lecce filwaqt li Lucca hu proprjeta’ ta’ Udinese.