Tuesday, December 24, 2024

Juventus iridu jiffirmaw lil Alexis MacAllister

Aqra wkoll

Juventus huma serjament interessati fil-midfielder ta’ Brighton u l-Arġentina Alexis MacAllister li min-naħa tiegħu jrid imur f’Turin. 

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġibed l-attenzjoni fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, billi kien wieħed mill-aqwa players Arġentini  fil-mixja tagħhom lejn it-titlu mondjali. 

MacAllister ġie utilizzat fil-partita kollha tal-Albiceleste minbarra waħda, fejn skorja wkoll kontra l-Polonja u pprovda assist fil-finali kontra Franza.

Il-Bianconeri jridu jiffirmaw lil dan player biex ikun is-sostitut denju ta’ Adrien Rabiot li fis-sajf li ġej mistenni jħalli lill-club. Huma jinsabu wkoll lesti li jbiegħu lil Weston McKennie fit-tentattiv li jkollhom il-fondi biex jiffirmaw lil dan il-player. 

Min-naħa tagħhom, Brighton għad iridu jiddeċiedu li jċedu lil MacAllister hekk kif il-valur tiegħu huwa dak ta’ €45 miljun. 

Ekonomija

Sport