Sunday, December 22, 2024

Juventus iridu jressqu l-ġuri minn Turin għal Milan jew Ruma

Aqra wkoll

Għad fadal dettall importanti li għad irid jiġi solvut fl-investigazzjoni li għaddejja dwar il-kontijiet finanzjarji ta’ Juventus peress li l-club talab li jċaqlaq kwalunkwe proċess potenzjali lil hinn minn Turin … lejn Milan jew Ruma.

It-Tnejn ġie kkonfermat li s-seduta preliminari fl-Investigazzjoni Prisma li tinvolvi lil Juventus ġiet posposta għall-10 ta’ Mejju 2023.

L-avukati li jirrappreżentaw lill-Bianconeri fil-każ diġà ressqu talba lill-uffiċċju tal-prosekuturi ġenerali biex is-seduta titmexxa f’belt differenti.

It-team legali ta’ Juventus jemmen li għandu raġunijiet biex iċaqlaq il-każ abbażi tal-lokalità ta’ xi wħud mill-allegati akkużi.

Jingħad li wħud mill-aktar allegazzjonijiet serji, bħal komunikazzjonijiet foloz u l-manipulazzjoni tal-finanzi tal-club kienu jsiru f’Milan, fejn hija bbażata l-Borża.

L-intenzjoni wara li potenzjalment iċċaqlaq il-provi lejn Ruma hija li l-belt kapitali tkun iċ-ċentru tad-data użatmill-Borża ta’ Milan.

Min-naħa l-oħra, il-prosekuturi f’Turin jemmnu li kull reat potenzjali li kien isir mill-kwartieri ġenerali ta’ Juventus jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom stess.

Maurizio Bellacosa, wieħed mill-avukati li jirrappreżentaw lil Juventus dan l-aħħar qal lill-istampa: “Għadna f’fażi fejn il-partijiet involuti qed jiġu identifikati.”

“Dan se jitlesta fis-seduta li jmiss fl-10 ta’ Mejju, u, jekk ikun hemm il-ħin, jibda minnufih is-smigħ preliminari, li jiddeċiedi wkoll dwar il-ġurisdizzjoni territorjali,” temm jgħid Bellacosa.

Ekonomija

Sport