Sunday, December 22, 2024

Juventus iridu jtemmu l-kuntratt ta’ Paul Pogba

Aqra wkoll

Paul Pogba se jkun jista’ jirritorna fl-az­zjoni kompetittiva tal-football mill-11 ta’ Marzu 2025 wara d-deċiżjoni li ttieħdet mill-CAS biex titnaqqas is-sospensjoni tad-doping minn erba’ snin għal 18-il xahar. 

Madankollu, jidher li r-ritorn tiegħu fil-ground mhux se jarah jilbes il-flokk ta’ Juventus hekk kif il-Bianconeri huma rapportati li qed ifittxu biex itemmu l-kuntratt tal-player Franċiż.

Allegatament, clubs tal-MLS u l-Arabja Sawdi qed isegwu l-progress ta’ din is-sitwaz­zjoni hekk kif Pogba jista’ jkun mingħajr club meta jirritorna f’Marzu li ġej.

Is-sospensjoni tad-doping ta’ Paul Pogba tnaqqset għal 18-il xahar mill-ewwel erba’ snin, ħabbret il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) nhar il-Ġimgħa li għadda.

Għalhekk huwa lest li jirritorna għall-football professjonali nuqqas ta’ perjodu pjuttost twil.  

Wara dan il-verdett, il-player innifsu ħareġ stqarrija fl-istess jum li tħabbret id-deċiżjoni, fejn qasam il-ferħ tiegħu li “din il-ħolma kerha issa għaddiet għal kollox”.

Madankollu, jidher li r-ritorn tiegħu jista’ ma jkunx faċli  daqs kemm kien qed jittama. 

Sorsi qrib il-club Juventin, ħabbru li Pogba ma jinsabx fil-pjani tal-club.

Il-Bianconeri issa qed jistennew id-dik­jaraz­zjoni uffiċjali mill-CAS, li tikkonferma t-tnaqqis tas-sospensjoni, biex imbagħad itemmu l-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż, li jiskadi f’Ġunju 2026. 

Minħabba f’hekk, l-eks player ta’ Machester United, jista’ jara lilu nnifsu mingħajr club mar-ritorn tiegħu minn din is-sospensjoni.

Iżda mhuwiex kollox mitmum għal Pogba minħabba li clubs mill-MLS u mis-Sawdi Pro League qed iħallulu tieqa mbexxqa biex jir­xoxta l-karriera tiegħu.  

L-aġenti ta’ Pogba qed ifittxu soluzzjonijiet hekk kif Juventus jidhru ħerqana għad-deċiżjoni tagħhom li jinfirdu minn mal-midfielder. 

Filwaqt li s-sospensjoni għadha fis-seħħ, il-kamp tal-player għandu ftit aktar minn ħames xhur biex ifittex club li lest jiffirma lil dan il-player ta’ 31 sena.

Infatti wara li ġie avviċinat il-coach ta’ Juventus, Thiago Motta, biex jikkummenta dwar il-futur ta’ Pogba, minkejja li ma qalx ħafna, ta indikazzjoni li ma jinsabx fil-pjani tiegħu u l-aħjar soluzzjoni għaż-żewġ parti­jiet hija li jsib club ieħor. 

Ekonomija

Sport