Monday, September 23, 2024

Juventus iridu lil Jadon Sancho

Aqra wkoll

Juventus iridu jkomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom u hemm il-possibbilta’ li fl-aħħar mumenti tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf jasal Jadon Sancho mingħand Manchester United. Dawn tal-aħħar ma jqisuhx parti mill-proġett tiegħu tant li anke fil-bidu ta’ din is-sena hu kien misluf lil Borussia Dortmund.

Sancho, li għandu 24 sena, hu ħerqan li jmur jilgħab fl-Italja ma’ dak it-tim li hu sejjaħlu bħala wieħed mill-aqwa li hemm fl-Italja.

Sport