Wednesday, October 9, 2024

Juventus iridu lil Marcus Edwards

Aqra wkoll

Juventus qed isegwu sew il-progress tal-winger internazzjonali Ingliż Marcus Edwards, Dan tal-aħħar għandu 25 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Sporting Lisbon. Hu meqjus ukoll bħala plejer versatili minħabba li kapaċi jilgħab anke bħala midfielder offensiv.

Edwards qed jiġi segwit ukoll minn Crystal Palace u Al Nassr li d-diriġenti rispettivi tagħhom talbu aktar informazzjoni fuqu.

Fil-passat Edwards lagħab ukoll ma’ Tottenham Hotspur, Norwich City, Excelsior u Vitoria Guimaraes.

Sport