Juventus huma lesti jippruvaw jakkwistaw lil Thomas Partey mingħand Arsenal fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
L-ex player ta’ Atletico Madrid inizjalment tħabat biex juri l-aħjar forma tiegħu għall-Gunners, b’numru ta’ injuries li ħabbtuh fl-Emirates Stadium.
Madankollu, Partey minn dakinhar fforma sħubija effettiva f’nofs il-ground ma’ Granit Xhaka taħt il-gwida ta’ Mikel Arteta, fejn beda 19-il logħba fil-Premier League għall-Gunners.
Partey jinsab taħt kuntratt fl-Emirates Stadium sas-sajf tal-2025, iżda huwa mifhum li Juventus se jippruvaw jerġgħu iqajmu l-interess tagħhom fil-player ta’ 28 sena fi tmiem l-istaġun.
Madankollu, Juventus x’aktarx li ma jiksbux ftehim għal Partey minħabba s-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu, u Renato Sanches ta’ Lille jinsab ukoll fuq ir-radar tagħhom.
Partey irreġistra goal wieħed u erba’ assists f’55 partita għal Arsenal minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Atletico Madrid fis-sajf tal-2020.