Sunday, October 27, 2024

Juventus isegwu lil Alexandre Lacazette

Aqra wkoll

Juventus huma wieħed minn numru ta’ clubs li qed isegwu lill-attakkant ta’ Arsenal Alexandre Lacazette.

Il-player ta’ 30 sena, li kien marbut bil-qawwa ma’ tbegħid mill-Emirates Stadium matul is-sajf, fadallu inqas minn sena fil-kuntratt kurrenti tiegħu.

Lacazette x’aktarx ma jġeddidx il-ftehim tiegħu mal-Gunners għax irid jingħaqad ma’ club li jikkompeti għall-unuri fl-ogħla livell.

Huwa mifhum li Atletico Madrid u Sevilla t-tnejn esprimew l-interess tagħhom li jiffirmaw lill-Franċiż bi free transfer, filwaqt li Juventus u AC Milan qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta potenzjali għalih f’Jannar.

Minkejja l-ispekulazzjoni dwar il-futur ta’ Lacazette, il-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta huwa ħerqan li l-attakkant jibqa’ mal-gunners u ddikjara li se jkun “strumentali għas-suċċess tagħna.”

Lacazette temm l-istaġun 2020-21 bħala l-aqwa skorer ta’ Arsenal, u sab ix-xibka 17-il darba fi 43 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport