Id-diriġenti ta’ Juventus bdew jevalwaw sew l-istaġun tagħhom li xejn ma kien pożittiv. L-eliminazzjoni mill-UEFA Europa League ħalliet il-marka tagħha tant li hemm diżappunt enormi fil-kamp tal-Bianconeri.
Is-sensazzjoni hi li t-tim se jiġi eskluż mit-tazzi Ewropej fl-istaġun li ġew minħabba irregolaritajiet li qed jiġu investigati u li għadhom pendenti.
Sadanittant hemm ċans li erba’ plejers jistgħu jħallu lill-klabb u dawn huma Juan Cuadrado, Leandro Paredes, Adrien Rabiot u Dusan Vlahovic.