Juventus qed jikkunsidraw li jmorru għall-gowlkiper tat-tim nazzjonali Taljan Gianluigi Donnarumma. Dan tal-aħħar illum il-ġurnata għandu 24 sena u qed jiddefendi l-lasti ta’ Paris St Germain.
I Bianconeri kienu diġa’ ppruvaw jieħdu lill-eks gowlkiper ta’ AC Milan iżda kienu l-Pariġini li fl-aħħar mill-aħħar akkwistawh bħala aġent ħieles.
Sadanittant, id-diriġenti Juventini ħasbu anke għal pjan B tant li qed jaraw ukoll il-progress tal-gowlkiper ta’ Atalanta Marco Carnesecchi.
Issa li l-gowlkiper attwali ta’ Juventus Wojciech Szczesny għandu 33 sena, Juventus qed jippruvaw isibu wieħed iżgħar minnu u Donnarumma jew Carnesecchi jafu jkunu ideali.