Saturday, September 14, 2024

Juventus jibdew diskussjonijiet ma’ Szczesny fuq il-kuntratt il-ġdid

Aqra wkoll

Juventus jibdew diskussjonijiet ma’ Szczesny fuq il-kuntratt il-ġdid

Id-diriġenti ta’ Juventus bdew diskussjoni mal-goalkeeper tagħhom Wojciech Szczesny sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu. Xahrejn oħra hu se jagħlaq 34 sena u se jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju tas-sena d-diħela.

Szczesny jrid ikompli jitħallas bl-istess ammont ta’ salarju ta’ madwar €6.5 iżda i Bianconeri għadhom deċiżi li jnaqqsulu xi ħaġa minħabba l-eta’ li għandu.

L-eks goalkeeper ta’ Roma u Arsenal qed jittama li d-diskussjonijiet ikunu pożittivi.

Szczesny lagħab 186 darba ma’ Juventus.

Ekonomija

Sport