Juventus huma lesti li joffru s-somma ta’ €50 miljun flimkien ma’ xi bonuses oħra sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Lazio Sergej Milinkovic-Savic. Dan il-plejer spikka ferm f’dawn l-aħħar snin mal-Biancocelesti, bil-Bianconeri li ilhom jiġru sew warajh.
Min-naħa tiegħu, il-president ta’ Lazio Claudio Lotito qal li żgur li mhux se jħalli lill-plejer Serb jitlaq b’dik is-somma, anzi jrid id-doppju hekk kif il-prezz mitlub hu dak ta’ €100 miljun.
Minkejja kollox, xorta jidher li Milinkovic-Savic jixtieq avventura ġdida u l-probabbilta’ hi li f’Jannar se jkun qed jilbes flokk ġdid.