Juventus irnexxielhom jegħlbu bosta clubs Ewropew biex jiffirmaw lil wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja, Dusan Vlahovic, mingħand Fiorentina b’kuntratt sa Ġunju 2026.
Min-naħa tiegħu, dan l-internazzjonali Serb qata’ x-xewqa tiegħu li se jilgħab għall-Bianconeri, taħt it-tmexxija tal-coach Massimiliano Allegri.
Wara li għamel isem għalih bil-flokk tal-Viola, il-bidu tas-sena 2022 hija l-biduta’ era ġdida għal dan il-player ta’ 22 sena.
Juventus ħallsu €70 miljun liema ftehim ġie konkluż tard il-Ġimgħa filgħaxija. Barra minn hekk, l-investiment ta’ Juventus se jkun rifless ukoll fis-salarju tiegħu hekk kif Vlahovic se jaqla’ €7 miljun netti kull staġun, żieda straordinarja meta mqabbla mal-paga tiegħu ma’ Fiorentina, li kienet ftit aktar min-nofs.
Il-Bianconeri kkonfermaw uffiċjalment l-ħlas tat-trasferiment se jkun fuq tliet snin flimkien ma’ spejjeż addizzjonali għal total ta’ €11.6 miljun. Barra minn hekk, se jkun hemm bonuses sa massimu ta’ €10 miljun bbażati fuq ċerti kisbiet sportivi.