Wara diversi rapporti, Juventus ħarġu stqarrija li tikkonferma li qed iħallu l-proġett tas-Super League Ewropew, b’Real Madrid u Barcelona biss fadal, iżda jiċħdu t-theddid tal-UEFA.
“B’referenza għall-għajdut li dehru fl-istampa tal-lum, Juventus Football Club SpA (“Juventus” jew il-“Kumpanija”) tinforma li bagħtet komunikazzjoni liż-żewġ clubs li fadal li, bħal Juventus, ma eżerċitawx l-irtirar tagħhom mis-Super League (FC Barcelona u Real Madrid Club de Futbol) sabiex jinbeda perjodu ta’ diskussjoni bejn it-tliet clubs dwar il-ħruġ possibbli ta’ Juventus mill-Proġett tas-Super League.
“Il-Kumpanija se tipproċedi bi kwalunkwe komunikazzjoni meħtieġa skond il-liġi wara l-eżitu tad-diskussjonijiet u l-valutazzjonijiet dwar dan ta’ hawn fuq, u tispeċifika li ħafna mill-verżjonijiet rikostitwiti ppubblikati mill-midja dwar il-kontenut tal-komunikazzjoni (inkluża kwalunkwe referenza għal allegat theddid ta’ sanzjonijiet potenzjali mill-UEFA) mhumiex veri. Għal aktar informazzjoni dwar il-Proġett Super League, jekk jogħġbok irreferi għall-istqarrijiet għall-istampa maħruġa mill-Kumpanija fid-19 ta’ April u l-21 ta’ April 2021”.
L-istorja ħarġet għall-ewwel darba fi Spanja, meta kemm Real Madrid kif ukoll Barcelona rċevew ittri mingħand il-kap eżekuttiv ġdid Maurizio Scanavino fejn jinfurmawhom li Juventus kienu qed joħorġu mill-proġett.
Aktar tard Diario AS sostna li dan kien minħabba li l-UEFA hedded li teskludi lil Juventus mit-tournaments tagħha għall-ħames snin li ġejjin.
Il-proġett tħabbar għall-ewwel darba minn 12-il club Ewropew f’April 2021, iżda fi żmien 48 siegħa, il-pjan kollu waqa’, bi tliet clubs biss għadhom imwaħħla.
Kienu Barcelona, Real Madrid u Juventus, iżda issa jibqgħu biss iż-żewġ Spanjoli.
Hija parti minn tentattiv usa’ tal-ġerarkija l-ġdida ta’ Juventus biex tiddistanzja ruħha mill-era ta’ Andrea Agnelli, hekk kif il-president u l-bord kollu tiegħu rriżenjaw ftit xhur ilu fost skandlu ta’ irregolaritajiet finanzjarji.
Dan irriżulta f’penalta’ ta’ 10 punti tas-Serie A u sospensjoni għal Agnelli, Maurizio Arrivabene u Fabio Paratici.